Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll waqt li kien qed isuq.
L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Is-sewwieq ittieħed minn fuq il-post b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.