Għall-ħabta 5:15 ta’ dalgħodu raġel ta’ 32 sena minn Raħal Ġdid tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Ford Fiesta bil-konsegwenza li spiċċa ħabat ma’ numru ta’ vetturi oħra li kienu qed jagħmlu xogħolijiet fit-triq.
L-inċident seħħ fit-Triq Reġjonali. Ir-raġel ittieħed l-isptar iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.