L-ex attakant internazzjonali taljan u l-idolu ta’ bosta Gianluca Vialli miet fl-eta’ ta’ 58 sena.
Vialli tilef il-battalja tiegħu mal-kanċer matul il-Ġimgħa filgħodu wara li kien qed jiġi rikoverat f’sptar f’Londra. Fl-aħħar ġimgħat huwa kien ir-riżenja mill-kariga li kellu f’ħdan it-tim nazzjonali Taljan sabiex jkompli bil-kura tiegħu f’Londra.
Gianluca Vialli kien wieħed mill-aqwa attakanti tas-snin tmenin u disgħin fejn matul il-karriera tiegħu rebaħ bosta unuri fosthom ic-Champions League, darbtejn it-Tazza tat-Tazzi, darba t-Tazza UEFA, darbtejn il-Kampjonat Taljan, erba darbiet il-Coppa Italia, kif ukoll l-FA Cup u l-League Cup fl-Ingilterra.
Tul il-karriera tiegħu huwa lagħab ma’ Cremonese, Sampdoria, Juventus u Chelsea filwaqt li mexxa lil Chelsea u lil Watford bħala manager. Huwa lagħab wkoll 59 darba bil-flok tat-tim nazzjonali Taljan.
Ritratt: Ageniza Nova