Raġel ta’ 51 sena nstab mejjet bi ġrieħi f’rasu fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far.
Jidher li l-Libjan miet kawża ta’ waqgħa f’kontejner.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi eperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.