Raġel Brittaniku li qabeż minn ajruplan bħala sport fit-Tajlandja f’Pattaya ma’ grupp ta’ ħbieb tilef ħajtu.
Iċ-Ċentru tal-qbiż minn ajruplani bħala sport sostnew li x’aktarx ir-raġel kellu attakk tal-qalb wara li qabeż minn fuq l-ajruplan.
Ir-raġel baqa’ nieżel f’riserva fejn fi ftit ħin ittella’ fuq l-art iżda sfortunatament kien tard wisq.
L-awtoritajiet tat-Tajlandja qed jinvestigaw dan il-każ u l-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin għadhom iridu jidentifikaw lil dan ir-raġel.
Hu mifhum li r-raġel għandu 69 sena u residenti l-Iskozzja.