Raġel ta’ 64 sena residenti Marsaskala tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vann f’Marsaskala stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Sant’Antnin.
Mill-ewwel investigazzjoni irriżulta li l-vittma ntlaqat minn vann tat-tip Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.