Raġel li kien miexi fit-triq tilef ħajtu wara li ntlaqat minn karozza tal-pulizija fi Brighton.
Ir-raġel intlaqat f’Devonshire Place f’Kemptown u miet fuq il-post.
Il-pulizija ta’ Sussex qalet li kummissjoni indipendenti dwar l-ilmenti tal-pulizija kienet infurmata b’dan il-każ kif jiġri fi proċeduri normali.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku hekk kif qed isiru l-investigazzjonijiet.
Dan filwaqt li qed isiru appelli biex jersqu ‘l quddiem xhieda li kienu fuq il-post fejn seħħ il-każ.