Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa kien hemm inċident stradali fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.
Raġel Ingliż ta’ 30 sena intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 508 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Bormla. Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa direzzjoni mill-Imsida lejn Santa Venera.
Team mediku mill-Isptar Mater Dei kien fuq il-post sabiex jassisti lill-vittma għall-ġrieħi serji li sofra u ittieħed l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett tal-Imsida għadha għaddejja.