Ir-raġel ta’ 49 sena li kien qed isuq mutur u kien iċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt ilbieraħ, dalgħodu tilef ħajtu.
Kien għal ħabta tas-19.00 li l-Pulizija kienu mgħarrfa bl-inċident u marret fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kawasaki, misjuq minn raġel ta’ 49 sena, residenti l-Mellieħa u Peugeot Partner, misjuq minn raġel ta’ 33 sena, residenti n-Naxxar. Fl-inċident kienet involuta ukoll karozza tat-tip Fiat Punto, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena, residenti Għajnsielem.