Tilef ħajtu r-raġel ta’ 47 miż-Żurrieq li sofra ġrieħi serji, wara li kien involut f’ħabta bil-mutur ma’ vettura.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu, fi Triq Ħal Far Birżebbuġa. Hemm seħħ impatt bejn Opel Tigra misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena minn Birzebbuġa u l-mutur tat-tip Honda. Il-karozza u l-mutur kienu qegħdin jinstaqu f’direzzjoni opposta.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Galea Sciberras qed tmexxi inkjesta li ġiet appuntata.