Ir-raġel ta’ 63 sena mix-Xagħra li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed isuq mutur fix-Xewkija tilef ħajtu waqt li kien qed jiġi rikoverat fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Ir-raġel kien ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji wara l-inċident tat-traffiku, li seħħ ftit qabel l-10am tas-17 ta’ Mejju fi Triq it-Tessuti, ix-Xewkija, u li fih intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti s-Sannat
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet u l-inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.
Aqra wkoll: