Kmieni dalgħodu tilef ħajtu r-raġel Pollakk li jumejn ilu sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’bajja f’Kemmuna.
Il-każ seħħ fis-7 ta’ Ġunju għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sab ruħhu f’diffikulta’ waqt li kien qiegħed f’bajja fil-limiti ta’ Kemmuna.
Il-Pulizija kif ukoll team mediku marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li raġel Pollakk ta’ 32 sena sab ruħhu f’diffikulta’ f’bajja f’Kemmuna. Minn aktar stħarriġ irriżulta wkoll li r-raġel iddaħhal lejn ix-xatt permezz ta’ helicopter sabiex jingħata l-assitenza medika.
Għalkhemm ir-raġel deher konxju huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
Sfortunatament hu tilef ħajtu matul il-lejl li għadda.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta u il-Pulizija mill-Għassa r-Rabat (Għawdex) għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.