Wara jiem jissilet għal ħajtu, il-ġuvni Olandiż li ttajjar minn ġuvni ieħor taħt l-effett tal-alkoħol, tilef ħajtu.
Il-vittma kien għad kellu biss 25 sena u l-ġenituri tiegħu li bħalissa qegħdin Malta ddeċidew li jagħtu l-organi tiegħu bħala donazzjoni lill-pazjenti fil-bżonn.
Il-ġuvni Karkariż li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu qiegħed fuq police bail u ser jitressaq quddiem il-Qorti fil-jiem li ġejjin fuq qtil involontarju.