Tilef ħajtu l-ħaddiem li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol.
Kien fl-4 ta’ Novembru, għall-ħabta tal-11am, li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Victor Denaro, l-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħaddiem Tork ta’ 43 sena, residenti l-Imsida, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjħu tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, iżda dalgħodu l-Pulizija kkomunikat li tilef ħajtu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata malli seħħ l-inċident, u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.