Ir-raġel anzjan ta’ 78 sena li kien jinsab f’qagħda kritika wara li t-Tnejn nstab mixħut fl-indana ta’ taraġ mitluf minn sensih sfortunatament tilef ħajtu.
Minn stħarriġ irriżulta li ftit qabel mart il-vittma kienet semgħat ħoss u hekk kif marret tara x’kien seħħ innutat li r-raġel tagħha kien tilef sensih.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal- 23.00p.m f’residenza fi Triq Santa Marija, f’Ħad-Dingli.