Tilef ħajtu l-anzjan li erbat ijiem ilu waqa t-taraġ ta’ blokka appartamenti fil-Gżira.
L-inċident seħħ fis-17 ta’ Frar, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar meta raġel ta’ 67 sena residenti s-Siġġiewi sofra ġrieħi serji wara li waqa’ t-taraġ ta’ blokka ta’ appartamenti li tinsab fi Triq Belvedere, fil-Gżira.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn assistew fl-operazzjoni biex iniżlu lill-anżjan fis-sular ta’ isfel. Minn hemm hu ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u li kien fil-periklu tal-mewt.
Sfortunatament hu tilef ħajtu llum kawża tal-ġrieħi li ġarrab.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.