Tilef ħajtu l-anzjan ta’ 76 sena, li lbieraħ kien fil-periklu tal-mewt wara ħabta fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa.
L-anzjan tilef ħajtu f’inqas minn 24 siegħa wara li ddaħħal l-isptar.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Aldo Moro meta karozza tat-tip Mercedes Benz misjuqa mill-anzjan ta’ 76 sena tilfet il-kontroll u ħabtet mal-barrier fil-ġenb tat-triq bl-impatt tant kien qawwi li l-karozza spiċċat daret.
L-anzjana ta’ 74 sena li kienet passiġġiera miegħu ġarrbet ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Dr. F. Depasquale LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistu flInkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.