Il-qattiel Aleksandar Martinovic ta’ 45 sena, li ħalla minn tal-inqas 10 persuni mejta wara li mar fuq ħerba fir-raħal żgħir ta’ Cetinje fil-Montenegro, tilef ħajtu kmieni l-Ħamis meta pprova jagħmel suwiċidju viċin id-dar tiegħu fl-istess raħal stess.
Hu tilef ħajtu fi triqtu lejn l-isptar minħabba l-ġrieħi ta’ natura gravi li ħalla lilu nnifsu fiha.
Dan intqal mill-Ministru għall-Intern tal-Montenegro, Danilo Saranovic.
Martinovic kien ilu jaħrab mill-Pulizija mill-Erbgħa waranofsinhar, meta fetaħ in-nar fuq restorant u ħalla erba’ min-nies mejta.
Imbagħad, hu mexa għal tliet postijiet oħra, fejn qatel sitt persuni oħra, inkluż żewġt itfal. Fl-istess attakk, erbgħa persuni oħra esperjenzaw ġrieħ ta’ natura gravi.
Id-direttur tal-Pulizija, Lazar Scepanovic, qal li l-qattiel, allegatament, kien qed jixrob u kien taħt l-effett tal-alkoħol qabel l-isparatura.