Fil-ħin bikri tat-Tnejn filgħodu, Kondratyuk tilef ħajtu wara li ttieħed l-isptar f’Utah. Ġara li l-uġiegħ li ħass f’ħalqu kienet infezzjoni f’sinna li inxterdet sal-pulmun.
Martu Vanessa, li hi omm għaż-żewġt itfal tagħhom, ingħatat l-aħbar b’telefonata fejn it-tabib qalilha “Illejla se jkun il-lejl li żewġek sfortunatament se jmut.” Minn hemm Vanessa telqet minn Kalifornja u leħqitu ħaj għall-aħħar ftit, biżżejjed biex tilħaq issellimlu.
Vadim, li kien dijabetiku, kien qal lil martu dwar l-uġiegħ ġimgħatejn qabel iżda meta mar għand dentist u naddaflu s-sinna beda jħossu ħafna aħjar. Kienu ftit tal-jiem wara li waqt li kien ġej lura d-dar, wiċċu intefaħlu u spiċċa ttieħed l-isptar b’emerġenza. Minn hemm ġie diterminat li l-infezzjoni leħqet infirxet u li m’hemm xejn iktar li t-tobba jistgħu jgħamlu