John Attard magħruf bħala “il-Muħa” li qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li nstab ħati li kien kompliċi fil-qtil tal-gwardjan Fortunata Spiteri f’Għawdex tilef l-appell iżda se jkun elliġibbli għal parole fi żmien tnax-il sena oħra.
Fl-appell tiegħu Attard qal li l-ġurija kienet affettwata fid-deċiżjoni tagħha mill-Imħallef Michael Mallia minħabba d-direzzjonijiet li ta u t-ton ta’ vuċi li uża.
Il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta minn tlett Imħallfin kkonkludiet li ma hemm l-ebda bażi għal dan l-appell.
L-Imħallfin qalu li ma jistgħux jevitaw il-fatt li l-qtil seħħ sabiex il-persuna maqtula ma tkunx tista’ taqdi d-dmirijietha.
Il-Qorti ikkonkludiet li persuni li jaqdu dmirijiet pubbliċi bħal Fortunata Spiteri jistħoqqilhom il-protezzjoni.