Illum beda jitlaqqa’ s-Sotto-Kumitat tal-Kabinett li se jmexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni u t-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Jean Paul Sofia.
Dan is-Sotto-Kumitat hu kkordinat mill-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Glenn Micallef.
Dan il-kumitat fi ħdan il-Kabinett tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela, wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika.
Preżenti kien hemm il-Ministri Jonathan Attard, Byron Camilleri, Silvio Schembri u Clint Camilleri.