Zakaria Toumi, hu r-raġel ta’ 29 sena li tilef ħajtu traġikament meta l-iskuna li kien fuqha, Zayra, nqalbet f’nofs ta’ baħar fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.
Sit Taljan irrakkonta kif Toumi kien jaħdem bħala kok f’Ortigia f’Siracusa wara l-wasla tiegħu l-Italja lura fl-2015. Ġara li Toumi, li oriġinarjament hu minn Khouribga fil-Marokk, ħa d-deċiżjoni li jitlaq minn kok u jibda karriera ġdida fuq il-baħar proprju ftit tal-ġimgħat ilu.
Iżda sfortunatament id-destin tiegħu kien wieħed kiefer hekk kif proprju ftit ġimgħat wara kellu jitlef ħajtu wara li l-iskuna li kien fuqha, flimkien ma’ tliet persuni oħra, nqalbet bil-konsegwenza li kawża tal-mewġ għereq.
F’dan il-każ tilef ħajtu wkoll missier ta’ 59 sena bl-isem ta’ Luciano Sapienza, b’ibnu Antonio Sapienza ta’ 35 sena jinsab rikoverat l-isptar flimkien ma’ raġel ieħor ta’ 35 sena li kienu wkoll abbord l-iskuna.