L-Ambaxxatur Ingliż għall-Afganistan telaq lejn ir-Renju Unit mill-ajruport ta’ Kabul, flimkien mal-aħħar suldati Ingliżi.
L-aħħar titjira mit-truppi Ingliżi telqet fil-jum tas-Sibt, ħaġa li rat it-tmiem tal-preżenza militari Ingliża fl-Afganistan wara għoxrin sena.
Aktar minn ħmistax-il elf persuna fl-Afganistan ġew evakwati mill-Ingliżi mill-14 ta’ Awwissu li għadda.
Għal dan kollu l-ambaxxatur, li kellu rwol importanti ħafna fil-proċess tal-evakwazzjoni ddeskriva dawn il-mumenti bħala ta’ għaqda bejn pajjiżi internazzjonali u fl-istess ħin ta’ dwejjaq u qsim il-qalb.