Donald Trump qal li se jitlaq mill-White House jekk Joe Biden ikun formalment ikkonfermat bħala President tal-Istati Uniti mill-Kulleġġ Elettorali.
Il-President Amerikan għadu qed jirrifjuta li jaċċetta t-telfa fl-elezzjoni tat-tlieta ta’ Novembru, u qal li se tkun diffiċli li jikkonċedi.
Fl-istess waqt, qed jibqa’ jirrepeti allegazzjonijiet bla provi li l-voti ġew imbagħbsa.
Joe Biden jinsab fuq quddiem bi tliet mija u sitt voti, filwaqt li Donald Trump għandu mitejn u tnejn u tletin vot. Dan ifisser li Biden għandu ferm iktar voti mill-mitejn u sebgħin li għandu bżonn kandidat biex jirbaħ elezzjoni fl-Amerka.
L-eletturi se jiltaqgħu x-xahar id-dieħel biex jagħmlu r-riżultat formali, u Joe Biden mistenni jinħatar President uffiċjalment fl-għoxrin ta’ Jannar li ġej.