Grupp ieħor ta’ immigranti li ddaħħlu f’Malta fl-aħħar tas-sena li għaddiet, it-Tlieta waranofsinhar ħallew pajjiżna lejn il-Portugall.
Dan kien it-tielet grupp ta’ immigranti li fl-aħħar ġimgħat telqu minn Malta, bl-ewwel żewġ gruppi jitilqu lejn Franza u l-Lussemburgu.
Fost l-immigranti li telqu minn Malta kien hemm dawk abbord il-bastimenti Sea Watch 3 u Albrecht Penck li ddaħħlu Malta fil-ġimgħat li għaddew wara li ġew salvati mill-Forzi Armati Maltin.
L-immigranti kienu mgħejjuna mill-awtoritajiet lokali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni, u uffiċjali oħra.
L-immigranti ħallew Malta bis-saħħa ta’ ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u stati membri Ewropej oħra, wara s-saga tas-Sea Watch 3 u Albrecht Penck fil-bidu ta’ Jannar ta’ din is-sena.
A group of immigrants saved on 3 separate occasions by @Armed_Forces_MT depart #Malta to be relocated in #Portugal -JM pic.twitter.com/G59J4IoF1K
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) February 26, 2019