Ħadd ma weġġa’ f’attentat ta’ serqa li seħħet is-Sibt filgħaxija minn ħanut li jinsab fi Triq l-Ewkaliptus f’San Ġwann. L-attentat ta’ serqa seħħet għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija meta raġel li kien liebes hoodie u li kien armat b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata sabiex ittih il-flus. Hija rrifjutat u r-raġel ħarab jiġri minn fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.