Ftit tal-ħin ilu, f’Misraħ San Ġorġ u fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, tela’ s-separju fuq ir-Renju tal-Karnival, bi programm varjat mifrux fuq ħamest ijiem ta’ attivitajiet. Dawn jinkludu żfin kompetittiv, karrijiet, maskaruni, u installazzjonijiet: festa sħiħa ta’ lwien, mużika, u briju. Il-programm ta’ llejla jinkludi żfin kompetittiv, inkluż defilè tal-karrijiet bir-Re tal-Karnival.
Il-Karnival ta’ Malta huwa wieħed mill-eqdem festivals f’pajjiżna, li jmur lura għal madwar 500 sena. Din is-sena l-attivitajiet tal-Karnival fil-Belt Valletta se ikunu mifruxa fuq ħamest ijiem, sa nhar it-Tlieta.