Il-kampjonati tal-Blackball reġgħu tkomplew wara l-waqfa internazzjonali u anke l-festi tal-Għid bi programm sħiħ ta’ logħob.
Mill-kampjonat nazzjonali, il-leaders huma Ħamrun 147 A li f’darhom għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa Żejtun 11-4. Fit-tieni post hemm Cospicua Rangers li kisbu rebħa faċli ta’ 11-0 kontra San Ġwann Boċċi. Sadanittant, Ħamrun 147 C rebħu 11-4 Domus Żejtun.
Fil-kampjonat reġjonali, Qormi Anici Boys żammew l-punt vantaġġ fil-klassifika wara li rebħu 11-5 lil San Ġwann Tiki Taka B, l-istess bħalma għamlu Birkirkara Boċċi li għelbu lil Qormi Anici Lions bl-istess skor.
Cospicua Rangers B u Qormi Pinto kisbu rebħiet dominanti ta’ 11-0 kontra Qormi Anici Stars u Birkirkara Juve rispettivament. L-istess għamlu San Ġwann Tiki Taka A u Qormi Pinto li wkoll irreġistraw l-istess skor kontra Birkirkara Juve u Qormi Anici Stars rispettivament.
San Ġwann Tiki Taka C u PL Balzan se jkunu qed jissieltu għar-rebħ tas-sezzjoni A tal-Community League.
San Ġwann għelbu lil Żebbuġ St Joseph 11-9, l-istess bħalma għamlu Qormi Anici Cappadocia fuq Attard Scorpions.
PL Balzan ġew sorpriżi minn Siġġiewi Montekristo 11-7 filwaqt li Selmun Sports Club B kisbu l-istess skor kontra PL Floriana.
Qormi Anici Calleja u Valletta Fossa Boys jinsabu jaqsmu l-ewwel post ta’ sezzjoni B tal-Community League. Il-Qriema rebħu 11-2 lil Selmun Sports Club C filwaqt li l-Beltin għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-3.
Finalment, Qormi San Bastjan kisbu tliet punti importanti li tellgħuhom fit-tielet post hekk kif għelbu lil Gżira Titans 11-5.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI
Ħamrun 147 A 25, Cospicua Rangers 24, Ħamrun 147 C 19, Jojo’s Birżebbuġa 18, Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A 12, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 3
KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI
Qormi Anici Boys 30, Qormi Pinto, San Ġwann Tiki Taka A 29, Birkirkara Boċċi 203 San Ġwann Tiki Taka B Cospicua Rangers B 18, Qormi Anici Stars 12, Qormi Anici Lions 6, Birkirkara Juve 0.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A
San Ġwann Tiki Taka C 27, PL Balzan 25, Siġġiewi Montekristo, Qormi Anici Cappadocia, Selmun Sports Club B, 16, Zebbuġ St Joseph 15, PL Floriana 8, Attard Scorpions 4.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B
Qormi Anici Calleja Ltd , Valletta Fossa Boys, 25, San Ġwann Tiki Taka D, Qormi San Bastjan Boċċi 14 , Selmun Sports Club C 10, Gzira Titans 4, Mrieħel Billard House 3.