Tard it-Tlieta filgħaxjia, fost id-diversi reazzjonijiet u messaġġi ta’ solidarjetà mal-Kuntistabbli Simon Schembri, tkellmu wlied il-vittma fejn qalu li jinsabu ddispjaċuti għall-kummenti dispreġjattivi li raw fil-konfront ta’ missierhom. Huma spjegaw kif l-inċident ta’ dalgħodu seħħ wara li missierhom waqqaf lill-ġuvni sabiex jgħidlu biex jilbes is-seatbelt għax kien qed jipperikola ħajtu.