Minkejja li għaddiet ġimgħa biss mill-mass meeting Nazzjonalista fil-Belt, meeting li sar taħt l-iskuża tal-libertà tal-espressjoni, diġa’ qed naraw il-maskri jaqgħu (vera spiċċa l-Karnival) tal-esponenti Nazzjonalisti għax bħalissa hawn suġġett li jridu jaħarbu milli jwieġbu fuqu.
Bl-iskandlu tal-villa f’ODZ taħt l-Imdina ta’ Toni Bezzina u bil-Kap tal-Oppożizzjoni taħt pressjoni biex iħarrek difer fuq il-każ li minnu nnifsu diġa’ juri double standards, għax l-ODZ ma baqax ODZ, issa qed tinkixef tip ta’ ikoprezija oħra.
Għax Bezzina qal li se jiftaħ libell, mhux għax xi ħadd se jqis dan il-pass ħafna meta wieħed jiftakar x’rabtiet hemm bejn Bezzina u l-libelli, l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista, primarjament Clyde Puli quddiem l-Awtorità tax-Xandir u l-kollega fuq in-naħa l-oħra ,Matthew Bonnett li jmexxi l-Uffiċċju Informazzjoni PN, li għax ġie mistieden Bezzina fil-programm Pjazza fuq ONE, qed jheddu lill-ġurnalisti bil-libell li qal li se jiftaħ Toni Bezzina.
Mela araw kemm qegħdin tajjeb, jagħmlu mass meeting Nazzjonalista taħt l-iskuża li l-libertà tal-espressjoni hija mhedda biex jaqbżu għal Caruana Galiza li titfa’ l-ħdura fuq kulħadd u bla rispett ta’ xejn lejn mejtin, tfal u nies morda, jitkellmu fuq il-liġi tal-istampa, imma mbagħad jheddu lill-ġurnalisti bil-libell li suppost sar għax jistaqsu l-mistoqsijiet fuq każ lin-nies qed jitkellmu dwarhom.
Jheddu bil-libell għax jistaqsu fuq kamra li vvinta Bezzina fuq il-pjanta li ssottometa biex l-applikazzjoni seta’ jkollha ċans remot li tkun ikkunsidrata.
Simon irid biss libertà għal la’ carte. Fejn irid jitqattel għal-libertà għax skontu tkun mhedda, iżda fejn ma jaqbilux jagħmel bil-maqlub ta’ dak li jgħid. Mhux ta’ b’xejn li llum qiegħed f’sitwazzjoni li jrid ikeċċi lil kulħadd, li jrid jagħmel vendikazzjoni ma’ kull ma jaqbilx miegħu u li qed jigdeb u jxewwex mingħajr ħniena.
He lost the plot.
Il-verità li anke fuq il-liġi tal-istampa nnifisha li qed jipproponi dan il-Gvern, minkejja li tant tkellem kontra l-mandati kawtelatorji (għax il-libell kriminali nesih jew ried jinsih), il-Ħadd li għadda qal li se jivvota kontra. Se jivvota kontra anke fuq biċċa li tkellem hu, għax qed jipprova jbeżża’ lin-nies li se ssir xi forma ta’ ċensura. Ara kif xi ħadd jista’ jieħdu naqra bis-serjetà.
Iċ-ċensura se jagħmililu daqt il-poplu għax b’din l-attitudni ta’ tixwix, gideb, attitutdni ta’ tfal iż-żgħar, iqatta’ l-karti u jneħħaw għax ma tgħaddix tiegħu lanqas għal fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni mhu tajjeb, aħseb u ara, Alla ħares qatt, fuq tal-Gvern.