Persuna li għenet lil sewwieq involut fl-aċċident fil-Bypass tal-Imrieħel għamel appell fuq facebook biex isir jaf kif baqa’ wara li ttieħed l-isptar. Tkellimna miegħu. Barra li fortunatament is-sewwieq issa qiegħed f’kundizzjoni tajba, l-persuna li tefa’ l-post kellu appell importanti li għamel lill-pubbliku.
“Sfortunatament dan ir-ritratt għandi biex forsi nsib min int.”
Hekk kiteb Kris Aquilina fuq Facebook. Aquilina li s-SIbt ra incident iseħħ quddiem għajnejh, fejn karozza tat-tip Honda Accord baqgħet dieħla ġo siġra fil-bypass tal-Imrieħel.
Fil-post huwa kiteb li wara li hu u t-tfajla tiegħu waqfu biex jgħinu lis-sewwieq issa jridu jkunu jafu kif baqa’.
Tkellimna ma’ Kris Aquilina u t-tfajla tiegħu Brenda fuq dak li raw huma u għaddejjin mill-bypass tal-Imrieħel.
Aquilina saħaq li ma tistax tara inċident bħal dak quddiem għajnejk u ma tiqafx tgħin.
Fuq il-kitba tiegħu fuq Facebook kien hemm bosta li ġġudikaw lill-persuna involut. Fosthom kien hemm min saħansitra qal li l-inċident sar għax raqad fuq l-isteering. Dan għalkemm Kris saħaq li kiteb fuq Facebook l-iktar biex in-nies ma jkomplux jiġġudikaw. Dan hekk kif is-sewwieq intilef minn sensih u ma kellu l-ebda tort. Aquilina kompla jgħid li qas li kieku kien tort tiegħu ħadd m’għandu jiġġudika.