Telgħu għal madwar 120, il-mejta mit-terremot li heżżeż l-Italja il-lejl li għadda. Biex iktar m’għadda l-ħin iktar irriżulta kemm dan it-terremot kellu effetti mill-iktar kiefra.
Ikkonferma dan it-tagħrif il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, li qal ukoll li n-numru ta’ feruti qabeż it-360.
“In-nies tal-emerġenza għandhom ħidma kbira u fit-tul,” qal Renzi f’konferenza tal-aħbarijiet. Għalkemm qal li bħalissa għadu kmieni biex wieħed jibda jaħseb fuq kif ir-reġjun milqut jinbena mill-ġdid Renzi tenna: “Ilkoll nafu li l-kredibbiltà u l-unur għal kulħadd jista’ jirriżulta biss mill-fatt li nerġgħu nibnu mill-ġdid b’mod li r-residenti jibdew jgħixu mill-ġdid.”
Fi żjara fir-reġjun il-Prim Ministru Taljan qal li din waħda minn sensiela biex joffri ċertezza lil dawk milquta. “Min għada, fix-xhur li ġejjin, se nibnu mill-ġdid,” qal Renzi li għalkemm imnikket deher determinat.
Agħfas hawn għal iktar aħbarijiet b’rabta ma’ dan it-terremot.