L-eks kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista rreaġixxa għall-attakki interni fuq Mario De Marco fosthom dak ta’ Salvu Mallia fejn qal li De Marco huwa fergħa antika li għandu jinqata’. Anke David Thake għadda battuta lejn il-Viċi-Kap li mhux darba u tnejn spiċċa fil-mira tal-estremi fil-Partit Nazzjonalista. Anke David Thake qal lil De Marco li ma jistax jgħoġob lil Alla u x-Xitan.
Għalkemm uża l-espressjoni Ingliża “You cannot run with the hare and hunt with the hounds.”
Naturalment, dan inkiteb qabel filgħaxija sar magħruf li DB Group, li magħhom De Marco ħadem bħala konsulent legali u li se jinvestu fuq is-sit tal-ITS, ħallsu l-pagi ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Fuq kollox kienu kummenti li dehru xejn ma niżlu tajjeb ma’ Bugeja li staqsa jekk Mallia jridx ikun il-Kap li jmiss tal-PN u David Thake Viċi tiegħu.