Kien żvelat filmat ta’ iben Kim Jong-nam, li huwa ħu l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.
Fil-filmat qasir, l-iben jgħid li ismu huwa Kim Han-sol, mill-Korea ta’ fuq, parti mill-familja Kim.
Jgħid li huwa jinsab flimkien ma’ ommu u oħtu imma m’hemmx dettalji tad-data jew il-post fejn jinsab.
Dan qed ikun meqjus bħala l-ewwel kumment pubbliku tal-familja Kim mill-mewta ‘l hawn.
Missieru nqatel fl-ajruport ta’ Kuala Lampur fit-tlettax ta’ Frar li għadda.