Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar iċ-child care u reġa’ għamel żbalji bażiċi.
Dan fl-istess ħin li qal li jekk ikun fil-gvern se jagħtih b’xejn anke lil ma jaħdimx, bil-Partit Laburista jireaġixxi b’mod immedjat u spjega li dak li qed jgħid Simon Busuttil imur kontra l-ħsieb wara din il-miżura.
Miżura li waslet biex iktar nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol u tnaqqset id-dipendenza minn fuq il-benefiċċji soċjali.
Iktar minn hekk. Simon Busuttil reġa’ ġab ħażin il-fatti bażiċi ta’ dak li kien qed jitkellem dwaru.