Benny Camilleri, bidwi ta’ esperjenza, tkellem dwar kif l-istaġun tax-xitwa li għadda huwa wieħed li qatt ma ra bħalu. F’intervista ma’ ONE NEWS fil-jum li tħabbar li l-bdiewa se jingħataw għajnuna minħabba d-diffikulta li sofrew bin-nuqqas ta’ xita, Camilleri rrakkonta kif imnalla kellu ħażna tal-ilma biex bħal bniedem qed jgħereq qabad ma’ xi ħaġa. Iżda, fil-filmat li jidher hawn taħt isostni li dan ma jfissirx li jkun sar tajjeb għan-nuqqas ta’ xita.