Brian Tonna, managing partner f’Nexia BT, iddikjara li Egrant qatt ma kellha kont bankarju, la f’Dubai u la mkien. Egrant kienet shelf company li qabel ma ġiet xolta kienet ta’ Tonna. L-istess Tonna qal li Egrant qatt ma rċiviet ħlas minn Al Sahra FZCO, Nexia BT qatt ma kienet imqabbda minn Egrant u qatt ma kkuntattjat lil Pilatus Bank.
Dan huwa dak li qal Tonna permezz ta’ stqarrija.
Dan kollu jkompli jgiddeb lill-Partit Nazzjonalista, li wara sena ta’ allegazzjonijiet issa spiċċa jitlob għal informazzjoni dwar Egrant. Informazzjoni li qed tkun provduta lilu li iżda Busuttil u l-blogger tiegħu Daphne Caruana Galizia qed ikomplu jinjoraw biex ikomplu jħammġu, minkejja libell wara ieħor.