Il-Prim Ministru Libjan maħtur mill-parlament, Fathi Bashagha, ipprova jieħu l-kontroll ta’ Tripli, iżda ġie sfurzat ’il barra qabel ma rnexxielu jagħmel dan.
Kmieni t-Tlieta filgħodu qamu r-rewwixti fil-kapitali Libjana, fost isparar u paniku, hekk kif Bashagha pprova jieħu l-kontroll tal-gvern immexxi mill-Prim Ministru, rikonoxxut min-Nazzjonijiet Magħquda, Abdel Hamid Dbeibeh. Tal-aħħar wera li mhux se jċedi l-poter.
Il-parlament fil-Libja ilu aktar minn xaharejn staġnat f’taqtiegħa bejn iż-żewġ rivali.