Daniel Appau ta’ 30 sena mill-Ghana tressaq il-qorti akkużat li seraq rota ta’ €2500 minn barra l-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa seraq ir-rota tal-Kunsillier Steve Zammit Lupi.
Il-każ ġara nhar it-Tnejn filghodu. Bl-akkużat irritorna r-rota lil Zammit Luipi.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet minn Alfredo Mangion.
Huwa wieġeb ħati.
Il-Maġistrat Natasha Galea Scibberas ordnat sabiex l-akkużat jitlaq mill-pajjiż. Huwa ngħata sentenza sospiża ta’ 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.