Asim Unis ta’ tnejn u għoxrin sena mis-Sudan tkeċċa mill-awla tal-Qorti għaliex għajjat mal-Interpretu tiegħu. Hu kien qiegħed jiġi akkużat li ħebb u attakka diversi persuni, u anke hedded lil xi persuni li kienu qed jaqdu dmirijiethom. Fil-Qorti deher ineħħi l-maskra wkoll, iżda baqa’ jiġi orndat jilbisha skont il-liġi.
Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, minkejja li d-Difiża qalet li kien se jwieġeb ħati.
Kien hawn li l-akkużat daħal f’argument mal-Interpretu tiegħu, tant li l-Maġistrat ordnat lill-Pulizija sabiex ipoġġuh bilqiegħda sabiex jikkalma.
Il-Maġistrat ordnat li dan jittieħed barra u l-każ ikompli jinstema’ f’ġurnata oħra, huwa kompla jgħajjat, u kellu jinżamm mill-Pulizija.