Il-Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan tneħħa mill-poter wara li tilef vot ta’ sfiduċja fit-tmexxija tiegħu.
Il-vot ittieħed tard ilbieraħ filgħaxija wara li l-partiti tal-opożizzjoni ressqu mozzjoni kontrih wara jiem ta’ tensjoni.
Din kienet it-tieni mozzjoni, hekk kif l-ewwel waħda li tressqet ġiet imblukkata minn Khan billi xolja l-parlament.
Il-vot tal-bieraħ ittieħed wara li l-Qorti Suprema tal-Pakistan qalet li l-azzjoni ta’ Khan tmur kontra l-kostituzzjoni.
Intant, il-parlament se jitlaqqa’ għada biex jivvota għal mexxej ġdid. Il-persuna li tintgħażel se tokkupa l-kariga sa Ottubru tas-sena li ġejja, sakemm issir l-elezzjoni li jmiss.