Il-President tat-Tuneżija keċċa l-Prim Ministru u waqqaf il-Parlament milli jitlaqqa’ wara protesti vjolenti madwar il-pajjiż kollu l-Ħadd li għadda.
Dawn qed isiru minħabba rabja li hemm fil-pajjiż għall-mod kif il-Gvern mexa tul il-pandemija.
Il-President Kais Saied qal li issa hu se jieħu t-tmun tal-Gvern, b’diversi ċċelebraw fit-toroq wara li ħabbar dan, u niżel fost il-folla. Avversarji Parlamentari tiegħu qed jakkużawh b’kolp ta’ stat.
It-tensjoni bejn il-partijiet kompliet it-Tnejn, b’dimostranti jwaddbu ġebel lejn xulxin.
Fit-Tuneżija żdiedet il-frustrazzjoni fost il-membri tal-pubbliku minħabba ż-żieda fil-każijiet pożittivi ta’ COVID-19 fl-aħħar ġimgħat. Ġimgħa ilu l-Ministru għas-Saħħa tal-pajjiż ukoll tkeċċa minħabba f’hekk.