It-Tnejn waranofsinhar ittellgħu l-poloz tal-finali tat-Tazza Johnnie Walker għaż-żwiemel tat-trott li ser issir il-Ħadd 3 ta’ Novembru. Għal darb’oħra din it-tazza hija riservata għall-klassi Gold u se tkun fuq distanza ta’ 2140m.
Indirizza l-konferenza Alfred Braddick, maniġer tal-marketing tal-kumpanija M.Demajo Wines & Spirits Ltd li huma l-isponsors ta’ din il-finali. Huwa qal li din il-finali issa saret appuntament annwali li kemm il-kumpanija kif ukoll il-klijenti tagħhom jistennew fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru.
F’isem il-Malta Equidrome tkellem il-kap eżekuttiv l-avukat Matthew Brincat li qal li ċertament it-tazza Johnnie Walker hija waħda mill-eqdem tazzi fuq l-ixkafef tal-Malta Racing Club li għadhom jintużaw regolarment grazzi għall-importaturi u l-aġenti lokali ta’ din id-ditta.
Il-viċi chairman tal-Malta Racing Club irringrazzja lill-isponsor u qal li bħal kull kampjonat l-organizzazzjoni u s-suċċess huwa dovut għall-kollaborazzjoni tal-Malta Equidrome u EquestriMalta mal-Malta Racing Club. Bħal dejjem appella għal tiġrija nadifa u sabiħa u li jiġu osservati r-regolamenti.
Fl-aħħar għadda l-messaġġ tiegħu ukoll il-kap eżekuttiv ta’ EquestriMalta fejn qal li huwa grazzi għall-isponsors li jkunu jistgħu jiġu organizzati avvenimenti u finali li jgħollu dejjem il-livell tat-tiġrijiet f’pajjiżna.
Il-kelliema kollha awguraw lis-sidien u lis-sewwieqa kollha.
- EURYTHMIC SISU (Kevin Sciberras)
- FOREVER DU JOUAN (Clint Vassallo)
- DUC DU CHENE (Miguel Debattista)
- HATTUSA (Cliferty Calleja)
- DESTRIER D’OR (Redent Magro)
- EXTRA MOSSA (Noel Baldacchino)
- FAR WEST DE CHENU (Rodney Gatt)
- ARNO DELL’EST (Paul Galea)
- ESPIT CHUPITOS (Charles Camilleri)
10.VINCENT AS (Oliver Briffa) - FLASH DE CELLANDE (Michael Ellul)
- EX AEQUO DE COSSE (Jesmar Gafà)