Id-dilettanti tal-futbol illum assistew għat-tlugħ tal-poloz tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, biċ-ċampjins renjanti Bayern Munich, jitilgħu fi grupp A mat-timijiet ta’ Atletico Madrid, FC Salzburg u Lokomotiv Moscow.
Grupp H qiegħed ikun meqjus bħala l-grupp tal-mewt, hekk kif fih hemm it-timijiet ta’ PSG, Manchester United, RB Leipzig u Instanbul Basaksehir.
Real Madrid u Inter se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fi Grupp B, filwaqt li t-tim Taljan ta’ Juventus se jibda fi Grupp G flimkien ma’ Barcelona, Dynamo Kyiv u Ferencvaros.
Il-gruppi huma dawn:
Grupp A: Bayern Munich, Atlético Madrid, Salzburg, Lokomotiv Moscow
Grupp B: Real Madrid, Shakhtar Donetsk, Inter, Monchengladbach
Grupp C: Porto, Manchester City, Olympiakos, Marseille
Grupp D: Liverpool, Ajax, Atalanta, Midtjylland
Grupp E: Sevilla, Chelsea, Krasnodar, Rennes
Grupp F: Zenit, Dortmund, Lazio, Club Brugge
Grupp G: Juventus, Barcelona, Dynamo Kyiv, Ferencvaros
Grupp H: PSG, Manchester United, RB Leipzig, Istanbul Basaksehir