Fi tmiem il-ġimgħa, seba’ persuni tilfu ħajjithom f’bajjiet fi New South Wales l-Awstralja wara li nġarru minn fuq il-blat kawża tal-mewġ qawwi.
L-aħħar vittma hija tifel ta’ disa’ snin li nqabad bejn il-blat. Ħaddiema tas-salvataġġ irnexxielhom jiġbru lit-tifel minn South West Rocks iżda sfortunament miet fuq il-post.
Aktar kmieni, ħelikopter sab missier u iben fl-ilma ħdejn il-bajja ta’ Wattamolla fejn filwaqt li irnexxielhom isalvaw it-tifel ta’ 14-il sena, il-missier kien iddikjarat mejjet aktar tard.
Il-dipartiment Surf Life Saving New South Wales qal li mill-Ġimgħa l-Kbira għamlu 150 operazzjoni ta’ salvataġġ. Jidher li t-temperaturi għolja, il-perjodu ta’ vakanza u l-baħar b’mewġ qawwi kemm f’New South Wales kif ukoll f’Victoria kkawżaw ħafna mwiet aktar min-normal.
Żewġ persuni oħra għadhom ma stabux.
Skont Royal Life Saving Australia, 323 persuna mietu mgħarrqa fl-Awstralja minn Ġunju 2024 bi kważi 40% minnhom ikunu fi New South Wales.