Raġel ta’ tmienja w’erbgħin sena sena u raġel ieħor ta’ tletin sena ġew arrestati fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu ġewwa Newport fl-Ingilterra b’suspett li wettqu l-attakk f’ferrovija f’Londra fil-ħmistax ta’ Settembru li għadda.
B’hekk issa in-numru ta’ suspettati tela’ għal ħamsa.
L-arresti l-oħrajn sa’ issa kienu ta’ raġel ta’ 25 sena fi Newport nhar it-Tlieta filgħaxija, u żewġ żagħżagħ fil-jum tas-Sibt- wieħed ta’ 18-il sena fil-port ta’ Dover u l-ieħor ta’ 21 sena f’Hounslow, fil-punent ta’ Londra.
Il-pulizija Ingliża qalet li l-investigazzjoni qiegħda timxi b’pass mgħaġġel.
Sadanittant aktar tfittxjiet qed ikomplu f’żewġt idjar f’Surrey.