Il-vittmi tal-urugan Helene fl-Istati Uniti tela’ għal tlieta u sittin, waqt li miljuni ta’ residenti m’għandhomx provvista tal-elettriku.
Barra minn hekk, mijiet ta’ toroq f’postijiet milquta għadhom qed jingħalqu filwaqt li l-provisti ta’ affarijiet neċessarji qed jitwasslu permezz tal-ajru, skont il-Gvernatur ta’ North Carolina.
Is-sistema tal-ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin ikomplu jwettqu l-ħidma tagħhom f’kundizzjonijiet xejn faċli, fejn saħansitra qed ikunu ristretti li jużaw anki dgħajjes biex jgħinu lil dawk maqbuda fl-għargħar. F’istanza partiklari f’Tennesse mal-ħamsin ħaddiem ta’ sptar u pazjenti, spiċċaw maqbuda fuq is-saqaf tal-isptar stess wara li dan għereq.
Il-konsegwenzi ta’ dan l-urugan huma fost l-agħar li qatt laqtu lill-Florida, biex imbagħad mexa għall-Georgia u ż-żewġ stati ta’ Carolina.
Esperti finanzjarji qegħdin jistmaw li l-ħsarat kkawżati mistennija jlaħħqu l-biljuni ta’ dollari Amerikani.