In-numru ta’ persuni mejta minħabba l-għargħar fil-provinċja ta’ Henan fiċ-Ċina fl-aħħar ġimgħat, tela’ għal tliet mija u żewġ persuni.
Għexieren oħra għadhom ma nstabux wara li hu maħsub li nbelgħu mill-ilmijiet li ksew it-toroq b’xita qliel.
Kważi tlettax-il miljun persuna ġew affettwati minn dan l-għargħar u mad-disat elef dar sofrew ħsarat.