Telgħu għal madwar elfejn persuna l-persuni li nstabu mejta qalb it-tifrik li ħalla t-terremot qawwi f’Haiti.
Dan filwaqt li aktar minn għaxart elef persuna huma midruba u oħra għadhom ma nstabux.
Qed jiġi rrappurtat ukoll kif il-ħaddiema li qed ifittxu għan-nies fit-tiġrif tal-bini qed jikkumbattu ruħhom ma’ xita qalila li ħakmet lil-pajjiż.
Intant, Il-Ġnus Maqgħuda qalet kif kawża ta’ dan, madwar ħamsin elf tifel u tifla mhux se jkollhom aċċess għall-ikel, ilma u kenn fuq rashom.