Minn tal-inqas mitt persuna huma maħsuba mejta wara li niżlet ħafna xita li kkawżat l-għargħar fil-Ġappun.
Aktar minn 50 persuna oħra qed jitqiesu bħala nieqsa dan hekk kif minn nhar il-Ħamis ‘l hawn, niżlet xita madwar tliet darbiet aktar mis-soltu.
Tim tas-salvataġġ kompla bit-tfittxija sabiex isalvaw persuni li jafu nqabdu fit-tajn jew ineħħu katavri ta’ persuni li sfaw vittmi ta’ din it-traġedja.